Filmat: Is-sorijiet Agostinjani jiċċelebraw il-193 sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni

Read in English.

Is-sorijiet Agostinjani, li huma magħrufin ukoll bħala s-sorijiet ta’ Santa Monika, qegħdin jiċċelebraw il-193 anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Kongregazzjoni tagħhom.

Huma xerrdu filmat tagħhom fuq Facebook fejn jidhru fl-iskejjel li jmexxu. Ħafna eks studenti kkummentaw fuq il-filmat u faħħruhom tal-pożittività u l-kuntentizza li jittrażmettu.

Celebrating the 1️⃣9️⃣3️⃣rd Anniversary of our Congregation's Foundation. May we all continue living the mission entrusted first to Mother Teresa Spinelli, with an open heart! ♥️

Posted by Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary on Wednesday, September 23, 2020

Il-Kongregazzjoni twaqqfet fit-23 ta’ Settembru tal-1827 fi Frosinone fl-Italja minn Maria Teresa Spinelli. Illum din xterdet għal ħames kontinenti fid-dinja. L-ewwel skola tal-Agostinjani nfetħet fl-1821.

Il-missjoni ta’ dawn is-sorijiet hija li joffru lilhom infushom bħala xhieda ta’ Alla, dejjem lesti li jagħtu servizz lin-nies t’Alla mingħajr diskriminazzjoni.

Propju s-sena li għaddiet, is-sorijiet iċċelebraw il-125 sena tagħhom f’Malta.