Is-Sorijiet Agostinjani, li huma magħrufin ukoll bħala s-sorijiet ta’ Santa Monika, qed jiċċelebraw 125 sena mill-preżenza tagħhom f’Malta.
Is-sorijiet iddeċidew li joħorġu filmat għall-okkażjoni speċjali li juri lill-pubbliku parti mill-missjoni, il-kariżma u x-xogħol tas-sorijiet f’Malta.
Għexieren ta’ eks-studenti kkummentaw fuq il-filmat fuq Facebook fejn spjegaw li jħossuhom verament privileġġjati li kellhom l-opportunità li jirċievu l-edukazzjoni tagħhom mis-sorijiet Agostinjani. Min qal li tant kellhom impatt pożittiv li snin wara, meta kellhom it-tfal bniet, iddeċidew li wkoll jibgħatuhom fl-iskejjel tal-istess sorijiet.
Filmat: Muscat Drago Productions