Filmat: Jum Dinji tal-AIDS: “Is-sodisfazzjon li qed ngħin ħafna nies huwa kbir”

Read in English.

Għal dawn l-aħħar 18-il sena Josephine Gauci ilha taħdem bħala HIV Nurse fl-isptar Mater Dei. F’okkażjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS, li jitfakkar kull sena fl-1 ta’ Diċembru, newsbook.com.mt tkellem mas-Sinjura Gauci dwar il-ħidma tagħha, liema ħidma wasslitha biex fl-2015 tingħata ir-Rainbow Award waqt il-LGBTI Awards. Dakinhar hija kienet mistiedna tattendi l-avveniment u ma kienitx konxja li kienet se tingħata dan l-unur li ngħatalha wara li ġiet deskritta bħala “nurse li tmur barra minn triqitha biex tgħin lil ħaddieħor”.

Waqt din l-intervista Josephine titkellem dwar kif il-pazjenti li jsiru jafu li jkollhom l-HIV, l-ewwel ma jmorru għandha, fejn hi tispjegalhom il-proċess ta’ dak li jkun se jiġri wara. Imbagħad hemm proċess ieħor, fejn il-pazjent jibda jieħu l-mediċini u dwar kif tinżamm il-kunfidenzjatità anki fis-sistema tal-kompjuter tal-isptar Mater Dei.

Il-fatt li minħabba x-xogħol tagħha qed tiltaqa’ ma nies bl-HIV ma jbeżżaħħhiex? Xi jrid jagħmel wieħed biex jiċċekkja? Kull min ikollu HIV se jispiċċa biex ikollu l-AIDS? L-HIV hija kundanna għall-mewt?

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat li hawn f’din il-paġna.