​Filmat: “Is-sodda tiegħu baqgħet fejn kienet” – omm Joseph

Meta twieled, Joseph kien jidher normali, iżda maż-żmien il-ġenituri tiegħu ndunaw li binhom beda jbati bin-nervi u ma kienx jitkellem.
Wara li kellmu ħafna tobba sabu li Joseph għandu l-awtiżmu.
“Aħna ma konniex nafu xi tfisser autistic u spjegawlna li persuni bħal Joseph jgħixu f’dinja oħra,” jgħid missieru.
Għal 15-il sena, Joseph attenda skola speċjali, iżda mbagħad ingħalaq fih innifsu u ma riedx joħroġ iktar mid-dar.
Wara xi operazzjonijiet li għaddha minnhom missieru, indunaw li ma setgħux jieħdu ħsieb iktar lil Joseph bl-aħjar modi possibbli. Kien minn hemm li Joseph beda jgħix id-Dar tal-Providenza.
“Għall-bidu ħassejnieha ħafna u mmisjajtu. Għalija kien kumpanija. Is-sodda tiegħu baqgħet fejn kienet minn mindu telaq,” qalet ommu.
Minkejja dan, taf biċ-ċert li binha Joseph jinsab kuntent, speċjalment waqt l-attivitajiet tal-mużika li tant hi għal qalbu.
Kun inti wkoll parti mill-providenza nhar l-Ewwel tas-Sena billi tagħti donazzjoni għall-Festa ta’ Ġenerożità li se tgħin lir-residenti tad-Dar tal-Providenza biex ikollhom ħajja aktar indipendenti.

Ara wkoll l-esperjenza ta' Christine, ta' Ninu ta' Sor Gesuina

Biex tagħti donazzjoni ta’:
€10 ċempel fuq 516 02 012
€15 ċempel fuq 517 02 013
€25 ċempel fuq 518 02 014
SMS ta' €7 fuq 506 18 922