Filmat: Is-social distancing xi ħaġa ġdida għal Malta?

Għal bosta, il-miżura ta’ social distancing – li nżommu ċertu distanza minn xulxin – hija xi ħaġa ġdida, li qatt ma esperjenzajnieha qabel. Madanakollu, din mhix xi ħaġa ġdida għal Malta.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Eddie Attard, espert fl-istorja, li  kien pulizija u wara li spiċċa mill-Korp għamel ħafna riċerka dwar l-istorja tal-Pulizija u tal-kriminalità f’Malta.

6 punti li spikkaw mill-intervista ma’ Eddie Attard:

  • Is-social distancing kienet teżisti fi żmien il-pesta, fl-1813 – il-bejjiegħa bil-karrettuni kienu ordnati jgħaddu minn nofs it-triq.
  • Ir-residenti f’ċertu lokalitajiet kbar fejn kienet infirxet il-pesta – bħal Tas-Sliema, Ħal Qormi, Birkirkara u Ħal Tarxien – ma kinux jistgħu joħorġu mil-lokalità, li kienet iċċirkondata bil-pulizija u s-suldati. Il-Belt Valletta kienet maqsuma fi 8 taqsimiet u ħadd ma seta’ jiċċaqlaq minn taqsima għall-oħra.
  • Għal min jikser il-kwarantina fi żmien il-pesta, kien hemm il-piena tal-mewt.
  • Il-Pulizija kienet twissi biex qabel jintuża l-ħaxix jinżamm għal madwar nofsiegħa fl-ilma
  • Fi żmien il-gwerra tfaċċa serq ġdid: kienu jisirqu xi deheb li kienu jsibu minn bini li ma jkunx twaqqa’ għal kollox
  • In-nuqqas ta’ xogħol jaf iwassal biex iktar jirrikorru għall-użura, frodi, cyber crimes u kumpaniji kbar għal ħasil ta’ flus.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar; Muntaġġ: Miguela Xuereb

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn