Filmat: Is-Sindku tal-Qala frustrat għax ma jistax joffri parkeġġ f’Ħondoq

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg huwa frustrat peress li ma jistax joffri aktar spazju għall-parkeġġ fil-bajja ta’ Ħondoq.

Buttigieg (PL) qal lil Newsbook.com.mt li ħafna Maltin u Għawdxin iżuru din il-bajja fil-Qala. Però l-Kunsill Lokali ma tħalliex inaddaf żona li tiflaħ daqs 50 karozza. Saħaq li dan peress li hija art privata li s-sid tagħha ma jridx li titnaddaf.

Fuq Facebook Buttigieg tella’ filmati tal-bajja. Juru ħafna karozzi pparkjati fin-niżla li tagħti għall-bajja u ħafna nies igawdu l-baħar Għawdxi. Din il-kwistjoni ilha għaddejja s-snin. F’Awwissu tal-2015 Buttigieg kien qal l-istess affarijiet li rrepeta ma’ Newsbook.com.mt illum.

Il-kummenti ta’ Buttigieg ma’ Newsbook fl-2015
Awdjo: Ma ħallihomx inaddfu qrib il-bajja ta’ Ħondoq