Filmat: Is-Sindku jħawwel siġar fid-Dwejra wara att vandalu

Is-Sindku ta’ San Lawrenz Noel Formosa ħawwel tliet siġar tal-Bruka wara li l-ġimgħa li għaddiet persuna jew persuni mhux identifikati wettqu att vandalu fid-Dwejra. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ fejn żewġ siġar protetti tqaċċtu mill-post.

“Qaċċtu tnejn u ħawwilt tlieta”, stqarr is-Sindku.

Sa issa l-Pulizija għadhom ma waslux biex isolvu l-każ iżda kelliem għall-Pulizija kkonferma li għaddejja investigazzjoni fejn qed jitkellmu xi nies u jiġi vverifikat jekk jinqabdux xi azzjonijiet permezz ta’ filmati ta’ CCTV li hemm fiż-żona.

L-ERA f’kuntatt mal-Kunsill

Fl-istqarrija l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ikkundannat dawn l-attiv vandalli. L-ERA qalet li tinsab f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz sabiex tittieħed aktar azzjoni.

Il-Bruka hija siġra protetta bil-liġi u hija siġra li tiflaħ il-melħ li jitla’ bħala raxx tal-baħar.