Filmat: Is-Simshar fis-swali taċ-ċinema mix-xahar li ġej

Wara madwar tliet snin ta’ ħidma, fis-27 ta’ April li ġej se joħroġ fis-swali taċ-ċinema l-film bil-Malti Simshar.
Kif jixhed l-isem stess, il-film hu bbażat fuq it-traġedja li kienet saret fl-2008 fl-ibħra Maltin meta erba’ sajjieda u tifel, ħarġu bid-dgħajsa u rritorna d-dar biss wieħed, Simon Bugeja.
Imma fl-istess ħin tar-rakkont dwar it-traġedja tas-Simshar, tkun  għaddejja storja oħra, dwar tabib li ntbagħat  fuq bastiment biex jgħin grupp ta’ immigranti illegali.
F’punt tal-film, iż-żewġ stejjer se jiltaqgħu flimkien biex jirrakkontaw ġrajja waħda.
Il-film inkiteb minn Rebecca Cremona u David Grech bil-produzzjoni tal-kumpanija Kukumajsa.