​Filmat: Is-sħana taħmi l-għaġina fit-triq

F’waħda mill-highways ta’ Washington, l-Istati Uniti, trakk li kien qed iġorr fdalijiet ta’ l-għaġina għar-rimi, kellu jieqaf mal-ġenb, wara li bis-sħana qawwija, il-ħmira kompliet togħla u l-għaġina bdiet ħierġa għall-fuq it-triq.
Il-pulizija li segwiet il-każ tellgħet filmat fuq twitter fejn spjegat, li meta taħseb li tkun rajt kollox fuq ix-xogħol, tinqala’ din is-sitwazzjoni.
Il-filmat juri l-għaġina tkompli ssir u tfur anke meta t-trakk waqaf mal-ġenb tat-triq.
Malajr waslu ħaddiema li naddfu t-triq mill-għaġina u l-pulizija rrappurtat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.