Live: Is-sequel ta’ The Phantom of the Opera

Il-lejla fuq il-YouTube channel The Shows Must Go On se jitwassal musical ieħor ta’ Andrew Lloyd Webber.  Illejla jmiss li naraw Love Never Dies, musical li jkompli l-ħajja tal-Phantom u tas-sopran Christine li issa miżżewġa lil Raoul.

Ben Lewis jidher bħala The Phantom, Anna O’Byrne bħala Christine Daaé u Simon Gleeson bħala Raoul. Il-musical ikompli ma’ dak tal-ġimgħa  l-oħra wara li rajna The Phantom of Opera li matulu nġabru  aktar minn $400,000 għall-Fond tal-Atturi u karitajiet oħra.

Love Never Dies se jkun disponibbli fuq YouTube mil-lum il-Ġimgħa 24 ta’ April fit-8pm għal 48 siegħa. Il-produzzjoni Awstraljana tal-2012 hija diretta minn Simon Phillips.

Il-musical ikompli l-istorja ta’ The Phantom of the Opera 10 snin wara fi New York City, fejn il-Phantom ħarab biex jibda ħajja ġdida fid-dinja stramba ta’ Coney Island. Christine tkun saret waħda mill-aqwa soprani tad-dinja. Imma ż-żwieġ tagħha ma’ Raoul ma jkunx sejjer tajjeb u jkun hemm bosta diffikultajiet bejniethom.

Christine  taċċetta stedina biex tivvjaġġa lejn New York u tieħu sehem f’opera house famuża. Il-Phantom jipprova mill-ġdid jiġbidha lejh f’din il-mawra li jakkumpanjawha jkun hemm ir-raġel tagħha u t-tifel żgħir tagħhom.

Il-musical tista’ ssegwih mil-lejla permezz ta’ dan il-link.