Filmat: 16-il offerta għall-impjant tal-Waste to Energy

Read in English.

WastServ bi pjaċir tinnota li l-Kwestjonarju ta’ Prekwalifikazzjoni (PQQ) għall-impjant tal-Waste to Energy attira sittax-il offerta differenti. Fost dawn, hemm kumpaniji kbar li jiddominaw is-settur fuq livell globali. Kull offerta issa ser tiġi evalwata b’mod metikoluż u l-aħjar tlett kumpaniji / konsorzji ser jiġu magħżula sabiex jidħlu għall-fażi li jmiss.

B’dan l-investiment, Malta ser tkun imxiet pass ieħor sabiex jintlaħaq livell ġdid fis-settur ambjentali Malti.

L-impjant tal-Waste-to-Energy huwa parti minn strateġija komprensiva biex jittejjeb is-settur tal-ġestjoni tal-iskart f’Malta. Permezz tiegħu, l-iskart kollu li jidħol għand il-WasteServ ser jiġi użat sal-potenzjal massimu tiegħu. Minbarra dan l-impjant, hemm impjanti oħra li ser ikunu ta’ benefiċċju għall-pajjiż, bħall-impjant ta’ trattament tal-iskart organiku li ser ikun qed jipproduċi kompost agrikolu, kif ukoll impjant b’faċilità tal-irkupru ta’ materjal riċiklabbli. Dan ix-xogħol jorbot ukoll max-xogħol li qiegħed jitwettaq mill-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, li fost ħidmiet ambizzjużi oħra, bħalissa qed jiffinalizza r-riforma tal-Politika dwar il-Ġestjoni tal-Iskart.

Il-Kap Eżekuttiv, Richard Bilocca spjega kif dan l-interess huwa xhieda ta’ pjan robust li ser iwassal għal titjieb fil-kwalita tal-ħajja b’mod ġenerali.