Filmat: Is-saħħa mentali taffettwa l-ħajja tal-persuna

Għall-persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali r-riskju li jispiċċaw mingħajr saqafhom fuq rashom jiżdied minħabba li tkun iktar diffiċli biex persuna tieħu deċiżjoni kif normalment tieħu. Dan qalitu Dr Paulann Grech lettura fl-Università ta’ Malta,fil-kumment li tat lil Newsbook.com.mt waqt il-konferenza, bl-isem ta’ Homelessness – The Hidden Scandal kienet mtella’ mill-Caritas Malta, il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, u l-YMCA.

“Charles Miceli kien bniedem ħieles” – Prof. Azzopardi

Hija żiedet li persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali jiġu affettwati fil-ħajja ta’ kuljum anke f’affarijiet żgħar. Spjegat li dawn il-problemi jistgħu jwasslu biex jikkumplikaw aktar l-affarijiet u b’hekk jibdew il-problemi man-nies ta’ madwarhom, li dawn normalment ikunu ta’ sapport għall-persuna. Hija qalet li persuna tista’ titlef ix-xogħol u hawnhekk fejn dawn il-persuni jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Jekk persuna titlef l-impjieg se tkun aktar diffiċli għaliha biex tħallas il-kera u għalhekk ikun hemm ir-riskju li din tispiċċa mingġajr saqaf fuq rasha. Hija spjegat li meta persuna tispiċċa mingħajr saqaf fuq rasha, l-problemi ta’ saħħa mentali se jiżdiedu u hawnhekk fejn jinħoloq snowball effect.