Filmat: Is-saħħa hi l-isbaħ rigal! – L-infermiera ta’ Mater Dei

Stay safe this festive season. In case of need we’ve got your back. Please remember to use our services responsibly.Seasons’s Greetings from all of us at MDH#MDHed

Posted by Mater Dei Hospital on Wednesday, December 19, 2018

L-infermiera tal-Isptar Mater Dei appellaw biex wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu filwaqt li jieħu ħsieb ta’ dawk li jkunu madwaru. L-infermiera ħejjew filmat li tellgħu fuq il-paġna ta’ Facebook għal żmien il-Milied.

Fil-filmat jidru l-infermiera li jaħdmu fit-taqsima tal-emerġenza, fuq ħidmiethom biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-pazjent. Lejn l-aħħar tal-filmat, l-infermiera taw l-awguri tagħhom filwaqt li talbu lill-pubbliku biex ikunu responsabbli dan il-Milied.