Filmat: Irridu nfejqu l-partit, mhux naqsmuh – Comodini Cachia

Read in English.

Il-MP tal-PN Therese Comodini Cachia qalet li l-maġġoranza tal-MPs tal-PN iridu li jfejqu lill-partit u mhux jaqsmuh fi tnejn.

Fil-kummenti tagħha lil Newsbook.com.mt Comodini Cachia qalet li l-MPs iridu li jbiddlu lill-partit f’wieħed li b’mod naturali dak li jkun ikun jista’ jafdah. Qalet li jridu partit li jkun jista’ jara li l-aspirazzjonijiet tal-elettorat isiru realtà.

F’reazzjoni għall-istqarrija tal-President George Vella dwar id-deċiżjoni tiegħu li ma jneħħix lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, Comodini Cachia qalet li ħadet parir mingħand tliet esperti tal-Kostituzzjoni li kollha tawha parir bil-kontra ta’ dak li ddeċieda l-President Vella.

L-għaqda Repubblika qalet li l-President ilbieraħ deher aktar konċernat b’dak li sejjaħ bħala ‘serenità’ milli dwar l-applikazzjoni tal-liġi. Repubblika kienet qed tirreaġixxi għad-deċiżjoni tal-President George Vella li ma jneħħix lil Adrian Delia mill-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Filmat: Miguela Xuereb