Filmat: “Irridu naħsbu f’kulħadd” – Evelyn

Evelyn Saliba La Rosa, waħda mill-produtturi u awturi ta’ sensiliet bħal F’Ġieħ L-Imħabba, Sorelle u Ħbieb u Għedewwa, qed twassal appell lil Maltin u l-Għawdxin f’dan il-perjodu partikolari.

Hi u l-familja ddeċidew li jibqgħu d-dar u kien għalhekk li għalissa bħala kumpanija waqqfu l-ġbid tal-episodji tas-sensiliet tagħhom.

“Għal darba rridu naħsbu f’kulħadd, fin-nies ta’ madwarna u fina nfusna. Jekk tistgħu ibqgħu ġewwa, titħalltux,” issuġġeriet hi.

Segwi l-filmat kollu biex tara l-parir li hija qegħda tagħti.

Intant infakkrukom ukoll f’dawn in-numri li huma mportanti li wieħed jieħu nota tagħhom:

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix

U l-lejla fid-9pm Evelyn, ir-raġel Adrian, binhom Jamie u l-qraba tagħhom se jkunu qed jingħaqdu mal-Maltin u l-Għawdxin biex juru l-apprezzament tagħhom lil dawk kollha li bħalissa qed jaħdmu b’mod kontinwi biex jgħinu lil dawk milquta mill-contravirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn