Filmat: “Irridek temmen aktar fik innifsek”

Jilgħab mal-Luxol u għad għandu 11-il sena. Dan hu Caden Tanti, li l-wirja tiegħu kienet freestyle bil-ballun.

It-tfajjel kien ftit imbeżża’ iżda għeleb l-eċċitament malli bdiet il-mużika u hu beda juri l-kapċità tiegħu.

“Jien se ntik ċans basta twegħdni li se temmen aktar fik innifsek,” qaltlu Sarah waqt li t-tlett membri l-oħra tal-ġurija wkoll qablu u b’hekk kollha vvuttawh għall-fażi li jmiss.