Filmat: “Irrid nikteb skript ibbażat kollu Malta” – Direttur tal-films

Id-direttur tal-films, Lana Wachowski qalet li tħoss li għandha tikteb skript sħiħ u tibbażah kollu f’Malta, għax fi kliemha, “Malta tidher tant varjata.”

Id-direttur tal-films kienet qed titkellem fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann quddiem il-pittura tal-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann u qalet li tħossha ispirata ħafna quddiem din l-arti.
Atturi u membri oħra tal-kru li ħadu sehem f’Sense8 li t-tieni staġun tiegħu ġie ffilmjat f’Malta, faħħru l-esperjenza tagħhom fil-pajjiż.
Il-filmat inġibed is-sena li għaddiet u l-Kummissjoni tal-Films ippublikatu f'dawn il-jiem fuq Facebook. Tista' tara l-filmat hawnhekk.