Filmat: “Irrid nibqa’ ngawdi lill-mummy u d-daddy”

Aidan b’appell mill-qalb biex din l-isfida nirbħuha flimkien.

"Jien irrid nibqa’ ngawdi lill-mummy u lid-daddy u ċert li intom tridu tibqgħu tgawdu lill-għeżież tagħkom".Aidan, tifel ta’ 11-il sena, b’appell mill-qalb biex din l-isfida nirbħuha flimkien.

Posted by Covid19 Malta on Friday, April 3, 2020

“Irrabjajt meta bdejt nara l-familji joħorġu barra qisu xejn mhu xejn,” jgħid iċ-ċkejken Aidan f’dan il-filmat filwaqt li jappella biex kulħadd jibqa’ d-dar għax dik il-ħarġa tista’ tkun l-aħħar waħda ta’ dak li jkun.

“Jekk nibqgħu d-dar m’a hemm l-ebda mod kif dan il-virus jgħaddi minn persuna għal oħra,” ikompli jgħid hu waqt li jiddikjara li “irrid nibqa’ ngawdi lill-mummy u d-daddy u ninsab ċert li anki intom l-istess.

Segwi l-messaġġ ta’ Aidan fil-filmat li hawn fil-paġna.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn