Filmat: “Irrid li nuruhom li Malta għandna talent kbir” – Destiny

F’kummenti li l-kantanta Destiny tat lil newsbook.com.mt hija rringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi għall-appoġġ li taha waqt il-kompetizzjoni ta’ X Factor.

“Li kieku ma kienx għalikom kieku llum minix qegħda hawnhekk,” qalet hi waqt l-attività li ttellgħet ilbieraħ f’Birkirkara biex jiċċelebraw is-suċċess tagħha fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta.

“Napprezza minn qalbi,” qalet hi hekk kif weħdet li se taħdem ħafna biex tagħmel minn kollox biex tagħmel lill-Maltin kburin.

Ritratt: Frederick Zammit

“Nixtieq immure hemmhekk u nuruhom li Malta għandha talent kbir,” ikkummentat hi waqt li temmet billi rringrazzjat mill-ġdid lill-poplu Malti.

Ilbieraħ l-attività li ttellegħet f’Birkirkara kienet waħda ta’ success u lui għaliha attendew mijiet ta’ Maltin biex jifirħu l-kantanta u setgħu wkoll jieħdu ritratti magħha waqt li hija ffirmat ukoll ir-ritratti.

L-istennija issa hija biex inkunu anfu x’se tkun il-kanzunetta li biha l-kantanta se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest li se jsir fit-12 ta’ Mejju f’Rotterdam fin-Netherlands.

Dakinhar se jkunu qed jgħaddu 10 kanzunetti għall-finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju u wieħed jittama dejjem li pajjiżna jkun qed jasal sal-finali.

Awguri Destiny!