Filmat: “Irrid insir plejer professjonali” – Nicole Sciberras

Read in English.

Nicole Sciberras li għandha 18-il sena qalet li toħlom li ssir plejer professjonali u tasal tilgħab fis-Serie A Taljana.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Nicole li f’Awwissu li għadda ffirmat ma’ Juventus Primavera. B’hekk saret l-ewwel plejer Maltija li ngħaqdet mat-tim leġġendarju Taljan. Bħalissa qegħda Malta għaliex it-tim nazzjonali qed jipprepara għal logħba ta’ kwalifika kontra l-Italja li se tintlagħab għada.

Nicole, li tilgħab fuq wara, riċentament skurjat l-ewwel gowl tagħha ma’ Juventus Primavera. Hi tkellmet dwar l-esperjenza tagħha s’issa u qalet li qabel kull logħba tkun eċitata u tfittex li titgħallem kemm tista’

Tista’ tara l-intervista kollha fil-filmat.