Filmat: Irossu bil-vettura u jsalvalu ħajtu

Xufier ta’ trailer uża l-vettura tiegħu biex waqqaf vann u ta l-ewwel għajnuna lix-xufier, wara li rah mixħut fuq l-istering.
Russell Dagless ta’ 53 sena kien qed isuq f’Norfolk, ir-Renju Unit meta nnota x-xufier mitluf minn sensih.
Filmat minn kamera ta’ trakk ieħor juri kif bil-ħsieb ħafif tiegħu, ir-raġel salva ħajjet ix-xufier l-ieħor.
Tabib, li nzerta kien f'karozza oħra wara l-vann, jidher joħroġ jgħaġġel u jagħti l-ewwel għajnuna lix-xufier.
Il-pulizija faħħru l-“kuraġġ inkredibbli” ta’ Russell Dagless li qed jitqies bħala eroj u ġie ppremjat mir-Royal Humane Society talli rriskja ħajtu biex salva lix-xufier.
Min-naħa tiegħu ix-xufier qal li l-kelma eroj hi goffa ħafna u jħoss li f’dak il-mument għamel dak li kellu jagħmel biex jgħin persuna oħra. 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=wzuw2DzVciY]