Filmat: “Irnexxieli nissupera d-diżordni fil-vuċi tiegħi” – Michele

Michele Panarosa ta’ 28 sena huwa l-ewwel parteċipanti llejla. Ilu Malta sentejn u jgħid li t-transizzjoni f’pajjiżna kienet waħda xokkanti għax ma setgħax ikampa u kien qatta’ l-ewwel lejl jibki.

Huwa stqarr li jsofri minn Muscle Tension Dysphonia (MTD) u minħabba fiha kien iħossu waħda u li ħaddieħor ma kienx jifhmu.

Illum tgħallem jgħix b’din id-diżordni fil-vuċi u llum il-ġurnata rnexxielu jissupera u li għadu qed jaħdem fuqha.

Huwa interpreta verżjoni akustika tal-kanzunetta Take On Me li oriġinarjament inħarġet mill-grupp Norveġiż A-ha fl-1984.

Vuċi li impressjonat l-erba’ membri tal-ġurija, speċjalment lil Howard.

Michele b’hekk telaq minn fuq il-palk wara li kiseb erba’ Iva mingħand il-membri tal-ġurija u b’hekk se nkunu qed narawh fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent.