Filmat: “Irnexxieli” – Jeanesse Abela tqum timxi

This is my biggest challenge ever and I did it after long time. So watch it. Thanks

Posted by Jeanesse Abela on Thursday, November 19, 2020

Read in English.

Jeanesse Abela illum hi persuna li ħafna jafu permezz ta’ messaġġi, fuq il-midja soċjali permezz tal-messaġġi li hi titfa b’mod apert sabiex turi lis-soċjetà li ħadd m’għandu jwarrab persuni li għandhom b’diżabilità bħalha. Dan hi tagħmlu permezz tal-paġna Janna’s disability stuff.

Hi saħansitra hija persuna li ma tħobb taqta’ qalbha u żgur li hemm min jiftakarha f’xeni mis-sensiela popolari Division 7.

Illum Jeanesse irnexxielha tegħleb sfida kbira, dik li qamet fuq saqajha biex timxi.

“Irnexxieli,” tinstema’ tgħid hi wara li qamet fuq saqajha u mxiet madwar il-kamra. Hija saħansitra tellgħet il-filmat fuq il-paġna tagħna Facebook fejn kitbet li rnexxielha tagħmel dan wara ħafna snin.

Prosit Jeanesse. Tassew int persuna li tispira l-kuraġġ fina lkoll.