Filmat: Iriduha Prim Ministru avolja ma tridx elezzjoni!

Brenda minn Bristol qed titqies bħala l-eroina l-ġdida li jrid ir-Renju Unit.
Ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Ingliż ħabbret elezzjoni bikrija, il-pajjiż spiċċa f’kaos kbir.  Ġurnalist tal-BBC niżel fit-toroq ta’ Bristol biex jieħu r-reazzjonijiet tan-nies.
Il-filmat juri l-mument li fih Brenda saret taf mingħand il-ġurnalist stess, li r-Renju Unit se jkollu elezzjoni fit-8 ta’ Ġunju.
Fuq Twitter, ir-rispons pożittiv għar-reazzjoni ta’ Brenda diġà huwa straordinarju, tant li kieku titħajjar għall-politika kienet titla’ sparata!