Filmat: Iridu jaraw aktar minn Lucia f’X Factor

Lucia Theuma telgħet quddiem il-ġurija flimkien ma’ Dereck Schembri u Fitzpatrick Schembri.

Quddiem Ray, Ira, Alexandra u Howard huma interpretaw il-kanzunetta Let It Be tal-Beatles.

Il-wirja tagħhom ma kkonvinċietx għal kollox lill-membri tal-ġurija li jitolbu liż-żewġ ġuvintur biex jistennew, waqt li lil Lucia jħabbrulha li se tkompli għaddejja fil-kompetizzjoni ta’ X Factor.

“Nixtieq naraw aktar minnek,” jgħidilha Howard.