Filmat: Irid jimxi fuq il-passi ta’ nannuh

If I Were A Rich Man hija l-kanzunetta li biha Jan Camilleri ta’ 12-il sena ħa sehem f’din il-fażi tal-Malta’s Got Talent.

Hu ġie liebes ukoll addattat biex ikun jista’ jidħol aktar fil-karattru ta’ Tevye, il-protagonist ta’ dan il-musical.

Ix-xewqa ta’ Jan hu li jimxi fuq il-passi ta’ nannuh, Anthony, li kien ikanta f’xi produzzjonijiet u musicals fl-Amerika. Huwa wkoll in-neputi tal-preżentatriċI Valerie Vella.

Jan mar tajjeb u kiseb l-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija, speċjalment ta’ Maxine. Nistennew aktar mingħandu fil-fażi li jmiss.