Filmat: Jintwera għall-ewwel darba l-film dwar Daphne

Illejla ntwera għall-ewwel darba d-dokumentarju dwar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. 
Serbut ta' nies dehru fir-ritratti jistennew fil-kju biex jidħlu jarawh fis-Sala dei Notari f'Perugia fl-Italja.
Fuq il-mezzi socjali qed idur ukoll trailer tal-film bl-isem ta' Daphne. Min kienet u għala nqatlet?
Skont id-deskrizzjoni tiegħu, id-dokumentarju jesplora l-possibilitajiet għalfejn il-ġurnalista nqatlet.

Il-film sar minn la Repubblika u 42º parallelo u f'Malta se jintwera f’Malta fil-21 ta’ April.