Filmat: Iżżewġu Ira Losco u Sean Gravina

Ilbieraħ filgħaxija iżżewġet il-kantanta Ira Losco mas-sieħeb tagħha Sean Gravina. Dan it-tieġ ġie għal sorpriża għal ħafna hekk kif kien miżmum sigriet saħansitra anki minn dawk li kienu mistiedna. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ saret fil-Casino Maltese.

Huma ilhom flimkien għal dawn l-aħħar ħames snin u tlett snin ilu kellhom ukoll tifel, Harry.

Ritratt: Ira Losco Fans

Ira Losco, waħda mill-ġurati fil-programm X Factor, irrappreżentat lil Malta darbtejn fil-Eurovision Song Contest filwaqt li Sean deher f’għadd ta’ programmi tat-tisjir fuq it-televiżjoni. Fl-2014 ien deher ukoll fil-programm Master Chef tal-BBC.

Ritratt: Kris Micallef & Facebook/IraLosco

Minn Jannar lil Sean se narawh fuq l-istazzjon One fil-programm Taste and Travel ma’ Claire Agius Ordway.

Awguri lil Ira u lil Sean.