Filmat: Ir-Russja tħarreġ robot li jispara

Robot Russu qed jiġi mgħallem kif jispara arma tan-nar minn idejh.
Ir-robot bl-isem Final Experimental Demonstration Object Research (FEDOR) qed jiġi mħarreġ biex finalment jintuża f’esperimenti u riċerka fl-ispazju.
L-awtoritajiet Russi qalu li jekk FEDOR ikun kapaċi jispara minn idejh it-tnejn, dan jgħin biex ikompli jiżviluppa l-kapaċitajiet tekniċi tiegħu.
Id-Deputat Prim Ministru Russu Dmitry Rogozin ċaħad li r-Russja qed tiprova toħloq robot simili għal dak ċinematografiku ta’ Terminator.
Hu qal li l-għan tar-Russja hu li toħloq intelliġenza artifiċjali li tkun prattika u li tkun tintuża f’setturi differenti.