Filmat: Ir-residenti tas-Swatar reġgħu għamluha bil-kbir

Hospice.mxf

Fuq inizjattiva tar-residenti fi Triq Grosseto u Triq il-Qanpiena, nhar is-Sibt li għadda ġiet organizzata serata ta’ kant u divertiment b’għan nobbli. Fit-toroq ikkuluriti bi bżieżaq u tiżjin ta’ kull tip, ir-residenti setgħu igawdu programm sħiħ ta’ divertiment minn Christina Magrin, li hija wkoll mis-Swatar, flimkien ma’ J Anvil. 

Apparti l-kant, iż-żfin u t-tiżjin fil-gallariji, din kienet festa ta’ solidarjetà fejn ir-residenti, minn ġo djarhom taw donazzjonijiet għall-Hospice Malta. Din il-lejla ta’ divertiment itellgħet bi sforż kollettiv ta’ tim ta’ residenti li qed jagħmlu minn kollox biex mhux biss iżommu spirtu pożittiv fit-toroq tagħhom, imma jgħinu lil min għaddej minn diffikultajiet ikbar.

Din mhux l-ewwel darba li t-toroq tas-Swatar qed jissemmew għal-ispirtu pożittiv, wara li xi ġimgħat ilu żaruhom Fabrizio Faniello u Ron Briffa, fejn gew milqugħin bil-kant minn Maria Muscat Il-Barokka.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn