Filmat: Ir-Reġina Eliżabetta II tiftaħ il-laqgħa taċ-CHOGM

Dalgħodu r-Reġina Eliżabetta II fetħet il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi membri fil-Commonwealth, li ġabet Malta 52 delegazzjoni minn pajjiżi differenti.
Iċ-ċerimonja bdiet għall-ħabta tal-10am bil-kant tal-Innu Malti u d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat u r-Reġina fost oħrajn, fis-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi.
Iċ-ċerimonja kompliet bi spettaklu li fih ħadu sehem għadd ta' tfal Maltin u anke t-Tenur Joseph Calleja.
Għaċ-ċerimonja tal-ftuħ, attenda wkoll il-Prinċep Charles u d-Dukessa ta’ Cornwall.
Fost il-Prim Ministru li qed jieħdu sehem fil-laqgħa, hawn Malta il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, il-Prim Ministru Awstraljan Malcomn Turnball u l-Prim Ministru ġdid Kanadiż Justin Trudeau li lbieraħ filgħaxija ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. 
Aktar tard illum, mistenni wkoll li jasal il-President Franċiż Francoise Hollande.
Fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa hemm it-tibdil fil-klima, iżda wara l-aħħar żviluppi, il-mexxejja mistennija jitkellmu wkoll fuq miżuri ta’ sigurtà.
Il-kumplament tal-laqgħa, li tieħu xejra aktar informali se tkun qed issir fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu.
Aktar kmieni, il-Prim Ministru Ingliż ħabbar li se titwaqqaf taqsima ġdida ta’ esperti, parzjalment iffinanzjata mir-Renju Unit, biex tindirizza l-problema dejjem tikber tal-estremiżmu.