Filmat: “Ir-refuġjati f’Ħal Balzan ma ħallewx impatt negattiv” – Mons. Galea-Curmi

L-Isqof Elett Joseph Galea-Curmi qal li ma jidhirlux li l-preżenza tar-refuġjati u immigranti f’Ħal Balzan kellha impatt negattiv. Qal li għalkemm jifhem il-biża’ mill-immigranti, fir-realtà l-kliem iebes li ġieli jsir, isir għax ma jkunx hemm realizzazzjoni tat-tbatijiet li jkunu għaddew minnhom. “Ninkwieta meta bniedem ma jgħixx il-fidi tiegħu u jwaħħal f’oħrajn bħalma kultant jiġri”, qal Mons .Galea-Curmi.

Fit-tieni parti minn intervista twila li Mons. Galea-Curmi ta lil Fr Joe Borg għal Newsbook.com.mt, huwa jitkellem l-aktar dwar:

  • Kif se tinbidel ħajtu wara l-ordinazzjoni inkluż jekk hux se jibqa’ jimxi lejn il-knisja;
  • Kif jara l-kuntatt man-nies u kemm din tgħin lis-saċerdot u l-ħidma pastorali tiegħu;
  • Kif l-insara Maltin għandhom iħarsu lejn kif qed jgħixu l-fidi tagħhom aktar milli joqogħdu jaraw nies ta’ fidi oħra kif ikunu qed jgħixu.

Filmat: Ian Noel Pace