Filmat: Ir-referee twaqqaf logħba biex tieħu selfie ma’ Kaka

Kaka ingħata l-karta s-safra apposta mir-referee biex imbagħad ħarġet tiġri l-mowbajl u ħadet ritratt mal-leġġenda Brażiljan f’nofs ta’ logħba. Kaka kien qed jilgħab waqt logħba għall-karità.

Referee Books Kaka Then Takes Selfie With Him 😄🙌📱

This is how you book a legend… 😄🙌📱 📹 ערוץ הספורט Kaká

Posted by SPORTbible on Wednesday, October 30, 2019

L-eks plejer ta’ Real Madrid u AC Milan kien qed jilgħab mal-bqija tal-leġġendi tat-tim Brażiljan. Miegħu kellu lil Ronaldinho, Cafu, Rivaldo, Roberto Carlos u Bebeto. Huma lagħbu kontra l-eks plejers tat-tim nazzjonali Iżraelit ġewwa Haifa f’Iżrael.

Kaka li għandu 37 sena deher jitbissem x’ħin induna x’kien ġara. Plejers oħra dehru li apprezzaw din iċ-ċajta u marru jieħdu b’idejn ir-referee.

Il-Brażiljani rebħu l-logħba bl-iskor ta’ 4-2.