Filmat: ‘Ir-raba’ vapur se jakkomoda 160 karozza’

Read in English.

Wara li ġie mħabbar ir-raba’ vapur li se jkun qed jiżdied temporanjament mal-flotta tal-Gozo Channel, kelliem għall-vapur il-ġdid bl-isem Nikolaos qal li l-vapur jakkomoda 160 karozza, 650 passiġġier fis-sajf u 350 passiġġier fix-xitwa.

Dan intqal f’kumment li ta Nick Sissanis waqt konferenza tal-aħbarijiet speċifikament dwar ir-raba’ vapur. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li kien hemm xi problemi sabiex jinstab il-vapur ideali minħabba li l-mod kif ġew mibnija l-portijiet preżenti taw diversi sfidi għax huma adattati għall-vapuri kurrenti biss.

Aqra: “Għadna qed infittxu r-raba’ vapur” – Justyne Caruana

Il-Ministru kompliet tgħid li l-effiċjenza tal-Gozo Channel se titjieb u se ttaffi ħafna mill-iskariġġ li jgħaddu minnu dawk li jaqsmu l-fliegu. Ġie spjegat li l-vapur li nbena fl-1987 ġie mikri għal perjodu definit sakemm jinħareġ tender internazzjonali biex eventwalment il-kumpanija Gozo Channel tikri l-vapur għal perjodu itwal ta’ żmien.

Caruana qalet li din iż-żieda se ġġib magħa tibdiliet ukoll fil-ħinijiet tal-iskeda tal-vapuri  biex ikunu aktar frekwenti. Issa minflok żewġ vapuri, l-iskeda se tiġi operata bi tliet vapuri filwaqt li vapur ieħor se jkun iddedikat għal vetturi kummerċjali.

Aktar kmieni llum, Newsbook.com.mt kien preżenti waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri. Hu ġie mistoqsi jekk kienx ikkonsultat bħala membru tal-kabinett Għawdxi u meta dan il-vapur il-ġdid se jkun qed jiżdied mal-flotta. Hu wieġeb li d-diskussjonijiet f’livell ta’ kabinett huma sigrieti u li ma kienx se jagħti aktar dettalji.

“Spiċċajna ġibna vapur li għandu 32 sena” – Chris Said

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said sostna li filwaqt li hemm min qed jgħid li l-vapuri eżistenti jridu jinbidlu fi żmien 10 snin, malli jagħlqu 30 sena, il-vapur li nkera biex jiżdied mal-flotta tal-Gozo Channel għandu 32 sena. Sostna li Gvern Nazzjonalista bena tlett vapuri ġodda fjamanti meta kien hemm bżonn. Għaldaqstant staqsa għaliex ma nġabx vapur ġdid jew kważi ġdid.

VAPUR LI GHANDU 32 SENADak li habbret it-Times jumejn ilu gie konfermat illum mill-Ministru ghal Ghawdex.Il-Gozo…

Posted by Chris Said on Friday, May 17, 2019