An incident took place in London today where Arsenal's Mesut Ozil was the victim of an attempted car-jacking.
Footage appears to show Sead Kolasinac fighting off attackers.
Arsenal comment: ”We have been in contact with both players and they are fine.”pic.twitter.com/38Y2l4FJro
— Goal (@goal) July 25, 2019
Il-plejers ta’ Arsenal, Mesut Ozil u Sead Kolasinac spiċċaw attakkati f’attentat ta’ car-jacking. Fil-filmat li nġibed minn kamera tas-sigurtà jidher Kolasinac li ħareġ mill-karozza biex jiġġieled lill-agressuri. Il-klabb ta’ Arsenal ikkonferma li l-plejers ma sofrew l-ebda ġrieħi u li rnexxielhom jagħmlu kuntatt magħhom.
Kelliem għall-pulizija Ingliża qal li kien irrappurtat li xi suspettati kienu qed isuqu l-muturi meta għamlu attentat biex jisirqu raġel li kien qed isuq karozza. S’issa jidher li għadu ma sar l-ebda arrest. Ozil u Kolasinac m’humiex l-unika żewġ plejers li spiċċaw f’inċident bħal dan ġewwa t-toroq ta’ Londra.
Lura fl-2016, l-attakkant ta’ West Ham, Andy Carroll spiċċa fil-mira tal-aggressuri meta kien fi triqtu d-dar wara t-training.