Filmat: Ipoġġi l-fjuri fuq iz-zuntier fis-Siġġiewi

10 ijiem mingħajr quddies fil-knejjes madwar Malta u Għawdex, imma online u fuq it-televiżjoni biss. L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex waqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha fuq parir mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Raġel li kien għaddej bil-vann minn quddiem il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi staqsa lill-Arċipriet jekk jistax ipoġġi l-fjuri li qata’ mill-ġnien fuq iz-zuntier.

Newsbook.com.mt tkellem mal-Arċipriet tas-Siġġiewi, Dun Josef Mifsud, li ddeskriva dan il-ġest bħala wieħed sabiħ ta’ qima.

Fisser li bħalissa ħafna nies fl-irħula madwar Malta jkunu qed jaħsbu biex jaqtgħu l-fjuri mill-ġonna tagħhom biex jitpoġġew fis-Sepulkru, “li probabbli din is-sena mhux se jiġi armat”.

Ibagħtilna ritratti u filmati ta’ inizjattivi simili fil-lokalità tiegħek fuq info@newsbook.com.mt

Tista’ ssegwi l-quddiesa kuljum hawn:

Isma’ l-quddiesa fuq Newsbook
Quddiesa, rużarju, talb – segwi LIVE hawn

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn