Filmat: “Inżommu ‘l bogħod minn xulxin biex nuru li nħobbu lil xulxin” – Frida

Messaġġ mill-qalb mingħand Frida Cauchi li permezz ta’ dan il-filmat qed tfakkar lil kulħadd li f’dawn iż-żminijiet huwa importanti li nżommu ‘l bogħod minn xulxin għax b’hekk biss nistgħu nuru li nħobbu lil xulxin.

“Ejja ma nkunux aħna li nxerrdu dan il-mard,” tgħid Frida Cauchi.

Segwi l-filmat kollu biex tara kif Frida se tkun qed ittemm il-messaġġ tagħha.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn