Filmat: “Inweġġa’ meta naqra kummenti negattivi dwar ħija” – Yvette

Yvette Camilleri, oħt Peppi Azzopard tgħaddi parir lil ħuha waqt Sibtek li Ryan Borg se jippreżenta llum is-Sibt fis-12.45pm fuq TVM.

Tgħid ukoll li tweġġa’ metà taqra kummenti negattivi dwar ħuha.

Peppi u Yvette meta kienu żgħar, hawnhekk f’ritratt ma’ ħuthom u l-ġenituri

Niltaqgħu man-nanna li rebħet it-titlu Nanna tas-Sena u tistqarr li mindu kienet żgħira xtaqet tieħu sehem f’Miss Malta imma dejjem kien hemm xi ħaġa li żammietha li tkun fuq Sibtek. Għal xix qed tgħid?

Il-kantanta Amber ukoll fil-programm u se taqsam mat-telespettaturi x’għamlet magħha l-Malta Community Chest Fund.

Marbeck Spiteri ma’ Maria Spiteri, l-unika neputija tagħha. Se jitkellmu fuq il-familja tagħhom.

Marbeck Spiteri u n-neputija Maria

Waqt Sibtek ma jonqsux ħafna logħob u spettaklu