Filmat: Investigat basket suspettuż ħdejn il-Monument tal-Ħelsien

Aġġornat 04:26 PM

Uffiċċjali tal-Bomb Disposal Unit ssejħu x-Xatt tal-Birgu biex jinvestigaw basket suspettuż li nstab viċin il-Monument tal-Ħelsien.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Pulizija rċeviet rapport dwar il-pakkett għall-ħabta tas-2.30pm. Fuq il-post issejħu immedjatament il-Pulizija u suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-taqsima tal-Bomb Disposal.

Jidher li l-kameras tas-sigurtà qabdu raġel li telaq basket waqt li kien għaddej mill-akwati li ġibed l-attenzjoni hekk kif baqa’ sejjer wara li telaq il-basket. Mill-istħarriġ tal-awtoritajiet instab li l-basket kien fih xi għodda tad-dgħajjes u affarijiet oħra.

Posted by Adrian J Mizzi on Friday, September 25, 2020