Filmat: “Intom l-eroj tagħna”

Ma tistax ma tiggustax lil dawn it-tfal li fuq inizjattiva tal-għalliema tal-klassi Dragonfly Year 1 fl-iskola Mickey’s Educare wasslu messaġġi ta’ ringrazzjament lill-frontliners ta’ pajjiżna għall-ħidma tagħhom fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Messaġġi sinċiera li twasslu b’imħabba minn dawn it-tfal.

Prosit tassew.

Il-muntaġġ tal-filmat kien f’idejn Sharp Shoot Media, l-istess kumpanija wara sensiliet ta’ suċċess bħal L-Għarusa, Rajt ma Rajtx u Strada Stretta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn