Filmat: Intisġu jew iżżarrtu waqt Żanżan Kelma?

Żanżan Kelma hija spelling bee bil-Malti għal tfal li għandhom bejn 8 snin u 13-il sena li taħdem billi jkun hemm żewġ sessjonijiet – waħda għal tfal li għandhom bejn 8 u l-10 snin, u sessjoni oħra għal dawk li għandhom bejn 11 u 13-il sena.

Din is-sena l-attività se ssir ukoll f’Għawdex fis-16 ta’ Settembru. F’Malta ssir fit-18 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa mbagħad jikkompetu fil-finali li tkun waqt il-Jum Ewropew tal-Lingwi, liema attività se ssir fit-28 ta’ Settembru.

Din hi t-tielet sena konsekuttiva li qed issir bħala attività anċillari għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta, organizzat mir-Rappreżentanza għall-Kummissjoni Ewropea f’Malta u kkordinat mill-Għaqda tal-Malti – Università għas-seba’ sena konsekuttiva.

Żewġ rebbieħa tas-sena l-oħra, Aimée u Nolan, tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw kif ħassewhom meta rebħu.

Kif taħsbu li marret ir-rappreżentanta ta’ Newsbook.com.mt meta kellhom kompetizzjoni żgħira bejniethom biex jaraw min jispelli l-aħjar?

Filmat: Malcolm Agius

Muntaġġ: Coryse Borg