Filmat: Int u Jien minn Sterjotipi

Ftit iktar minn tlett xhur ilu l-grupp lokali Sterjotipi ħarġu s-silta Ħajja ta’ Xejn li niżżlet tajjeb ħafna mas-segwaċi tagħhom, kemm antiki kif ukoll ġodda. Hekk kif is-silta kienet qed tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju, Ħajja ta’ xejn daħlet ukoll fil-klassifiċi lokali u baqgħet iżżomm postha mal-ewwel għaxra għal numru ta’ ġimgħat.

L-istaġun il-ġdid ġab miegħu it-tnehdija ta’ Int u Jien li għandha ħoss sajfi u li ser ddaħħlek fl-atmosferta tal-baħar, xemx u ramel. Il-kanzunetta ser tkun qed tifforma parti minn E.P, magħmul minn erba’ kanzunetti ġodda, li SterjoTipi ser jkunu qegħdin iniedu daqt.

Għal iktar informazzjoni dwar il-prestazzjonijiet taghhom tistghu issegwuwom fuq il-paġni soċjali tagħhom.