Filmat: “Int l-eroj tiegħi” – Ryan lil missieru Tony

Ritratt: Facebook/RyanBorg

Illum il-Ħadd 21 ta’ Ġunju qed niċċelebraw Jum il-Missier u fuq il-midja soċjali sa minn ġurnata qabel bdew jitilgħu bosta messaġġi ta’ awgurju, fosthom dak tal-preżentatur ta’ Sibtek Ryan Borg.

Fil-messaġġ tiegħu Ryan stqarr li missieru kien l-ikbar influwenza fil-ħajja tiegħu.

“Int għallimtni ħafna affarijiet, imma l-iktar importanti li qatt ma għandi nieqaf nitgħallem. Inti l-vera eroj,” kiteb hu waqt li rringrazzjah talli qiegħed hemm għalih u talli kien eżempju kbir.

Ritratt: Facebook/RyanBorg

Awguri lil Tony u lill-missirijiet kollha f’dan il-jum.

Segwi hawn il-filmat tas-sorpriża li saret is-sena l-oħra lil Ryan meta waqt il-programm Sibtek tfaċċa missieru, Tony.