Filmat: Int kieku timbotta?

Dawk kollha li ddeċidew li jaqbżu qabża sa Paceville nhar il-ġimgħa, kellhom iċ-ċans jaraw ċorma nies jimbottaw karozza tal-linja wara li għal xi raġuni waqfet taħdem.
Filmat imtella’ fuq paġna ta’ Facebook juri grupp ta’ nies jinbuttaw tal-linja, u oħrajn weqfin iħarsu lejhom, jammiraw is-saħħa li għandhom.
Bħalma jiġri meta jitla’ filmat tat-tip fuq il-midja soċjali, bosta xtaqu jgħaddu l-opinjoni tagħhom hekk kif kien hemm min qabbel dan l-avveniment mal-inċidenti li kienet magħrufha għalihom l-Arriva.
Oħrajn qalu li dan huwa xempju ta’ kif tnaqqas l-emmissjoni tal-fjuwil u oħrajn qalu li morna lura għal żmien il-Flintstones.
Filmat: M’Intix Zigg