Filmat: “Int imwielda biex tkun fuq dan il-palk” – Maxine lil Zia

Għad għandha 10 snin u diġà daret ftit pajjiżi mhux hażin … u llum tgħix mal-familja tagħha f’Għawdex. Zia Fuji hija nofsha Skoċċiżi u nofsha Ġappuniża.

It-tifla ilha tkanta għal dawn l-aħħar 7 snin u għandha preżenza u kunfidenza fuq il-palk u għalkemm iħoss li fadallha fejn tirranġa fil-vuċi, Howard spiċċa biex iċapċap gaħll-wirja ta’ din il-parteċipanta żgħira.

“Nixtirq li nofs il-kbar li kantaw ikollhom l-istess attitudni fuq il-palk,” ikkummentat Sarah filwaqt li Maxine irrimarka li Zia twieldet biex tkun fuq il-palk ta’ Malta’s Got Talent. B’hekk wara l-votazzjoni nistennew li naraw lil Zia fil-fażi li jmiss!