Filmat: Inqatlu mill-inqas 6 Kuċċard illegalment – CABS

Read in English.

Fl-aħħar jiem minn tal-inqas sitt Kuċċard, li huma tajr protett, inqatlu fl-akwati tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan ġie żvelat mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS).

Fi stqarrija l-Kumitat iddeskriva kif 50 Kuċċarda waslu fil-Wied ta’ Ħas Saptan nhar il-Ħadd filgħaxija. Żied jgħid kif minkejja l-liġi stretta li ma ssirx kaċċa wara s-1pm nhar ta’
Ħadd u festi pubbliċi, hekk kif dawn l-għasafer bdew joqgħodu fuq is-siġar, instemgħu 22 ti minn ħames lokazzjonijiet differenti. Apparti minn hekk, f’waħda mill-akwati wieħed mit-timijet iffilmja kaċċatur jistaħba b’silencer max-shotgun. Il-Pulizija ssejħu fuq il-post u arrestawh filwaqt li ġew ikkonfiskati żewġ shotguns.

L-għada filgħodu, li kienet festa pubblika, fl-istess lokazzjoni membri tal-CABS osservaw madwar 20 Kuċċarda ttir lejn in-Nofsinhar biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Aftika. Madanakollu ftit wara li l-għasafar kienu se jgħaddu viċin ta’ Wied il-Qoton, erbgħa kienu osservati jintlaqtu minn tiri biswiet id-dwal tar-runway. Dan l-inċident ġie rrappurtat lill-Pulizija wkoll, pero minkejja t-tfittxija intensiva, ma l-Kuċċard ma nstab u laqnqas il-persuni li qatluhom.

It-Tnejn wara nofsinhar, tim ieħor tal-CABS segwa iktar Kuċċard sakemm dawn sorġew fuq xi siġar f’Birżebbuġa. Minkejja li l-kaċċa dak il-ħin kienet ipprojbita bil-liġi, instemgħu ħames tiri hekk kif l-għasafar intlemħu jtiru fil-baxx. Meta t-tim wasal fuq il-post iffilmjaw raġel li raw jaħrab b’sxhotgun f’idejh. Filmat li juri l-materjal li kellu kif ukoll wiċċu u l-arma f’idu ġew mgħoddija lill-Pulizija.