Filmat: “Inqas imorru l-quddies, imma mhux għal għajn in-nies” – L-Isqof Elett

L-Isqof Elett Joseph Galea-Curmi esprima l-preokkupazzjoni tiegħu dwar it-tnaqqis fl-għadd ta’ nies li jattendu l-quddies, imma qal li ċert li dawn imorru għax konvinti mhux għal għajn in-nies. Qal li jrid isir ħafna xogħol fuq it-tixrid ‘ tal-ġmiel tal-fidi tagħna’. Huwa sostna li l-fidi nistgħu ngħixuha fil-ħajja ta’ kuljum u t-tagħlim irid jikber.

Fit-tielet parti minn intervista twila li Mons. Galea-Curmi ta lil Fr Joe Borg għal Newsbook.com.mt, huwa jitkellem l-aktar dwar:

  • L-impatt tal-iskejjel tal-Knisja fis-soċjetà;
  • L-importanza tal-formazzjoni Kattolika;
  • L-għaqda bejn il-ħidma pastorali u r-realtà soċjali ta’ kuljum.

Filmat: Ian Noel Pace