Filmat: Innijiet oriġinali bil-Malti kantati mit-tfal fuq CD

Fil-ġimgħat li ġejjin se titnieda CD b’kant oriġinali bil-Malti li jista’ jintuża waqt il-quddies.
Ma’ Newsbook.com.mt, Sor Anna Sammut, li hi d-Delegata tal-Isqof għat-Tfal spjegat kif il-grupp Kummissjoni Djoċesana Tfal jinkludu tfal ġejjin mis-16-il unità li għandna f’Malta.  Qalet li dan il-grupp jiltaqa’ kull xahar biex flimkien jaraw x’jistgħu jagħmlu għall-ġid ta’ tfal oħra bħalhom.
L-innijiet għandhom kliem u mużika ta’ Carlos Vella, kantati mit-tfal membri tal-kor li jmexxi Carlos flimkien ma' Donna Agius.
Is-CD se titnieda fil-festa ta’ Kristu Re, nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru. Se jkun hemm verżjoni kantata u oħra karaoke u min m’għandux kor ikollu l-mużika biex ikantaw magħha.
Filmat: Reel8 Productions Ltd