Filmat: “Inkomplu nħarsu ‘l quddiem” – Davina Sammut Hili

Is-Sindku eletta fil-Furjana, Davinia Sammut Hili, f’isem il-Partit Laburista, qalet li issa se tħares ‘il quddiem għal Florjana isbah u aħjar.

Hi qalet dan f’kumment ma’ Newsbook.com.mt wara li ħarġet l-aħbar li l-Kunsill Lokali tal-Furjana intrebaħ mill-Partit Laburista. Sammut Hili irringrazzjat liċ-ċittadini kollha li vvutaw.

Il-Partit Laburista għandu tliet rappreżentati f’dan il-Kunsill. Dawn huma Vincent Borg, Gail Demanuele u Davina Sammut. Il-Partit Nazzjonalista eleġa żewġ kunsilliera. Dawn huma James Aaron Ellul u Justine Palmier.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Illum l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u jintemm illum, bl-aħħar 23 lokalita. Illum, il-voti li qed jingħaddu huma dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.