Filmat: Inkjesta Daphne: “Ċert li se jagħmlu xogħol sew” – Fearne

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li huwa ċert li l-bord maħtur mill-Gvern biex imexxi l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se jagħmel xogħlu sew.

Lil Newsbook.com.mt Fearne qal li għandu fidiċja sħiħa fil-membri tal-bord tal-inkjesta.

Fl-20 ta’ Settembru, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Kummissjoni se tkun magħmula wkoll mill-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u espert Kostituzzjonali l-Professur Ian Refalo u l-espert forensiku Dr Anthony Abela Medici.

Il-Gvern jaħtar inkjesta pubblika

Il-Kunsill tal-Ewropa kkritika b’mod aħrax l-inkjesta pubblika ordnata fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan għaliex mhux qed tilħaq l-aspettattivi tal-Kunsill.

Assassinju Daphne: Il-Kunsill tal-Ewropa jikkritika l-inkjesta pubblika

Mistoqsi dwar dak li qalet il-Kummissarju Ewropew Nominata Helena Dalli quddiem l-MEPS fi Brussell, Fearne qal li hu m’għandux kontijiet fil-Panama.

Filmat: “Kont niddeċiedi differenti” – Dalli dwar il-Panama Papers

“Tliet snin ilu kont għidt jiena personalment li ma kellix għalfejn niftaħ kontijiet il-Panama u m’għandix ebda kontijiet fil-Panama,” qal Fearne.